2.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 330/12
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2017 – Wilhelm Sihn jr. vs EUIPO – in-edit (Camele’on)
(Kawża T-472/17)
(2017/C 330/15)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wilhelm Sihn jr. GmbH & Co. KG (Niefern-Öschelbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: in-edit Sàrl (Mondorf-les-Bains, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Camele’on” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 317 714
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 570/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti minn Wilhelm Sihn jr. GmbH & Co. KG;
—
tordna lil in-edit Sàrl tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-każ ta’ intervent.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.