16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/35
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – PO vs SEAE
(Kawża T-479/17)
(2017/C 347/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PO (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla:
—
il-karta ta’ kalkolu tal-10 ta’ Novembru 2016 li ġiet trażmessa mir-riżorsi umani tas-SEAE kif ukoll, skont il-każ, il-messaġġ elettroniku tal-24 ta’ Ottubru 2016 li permezz tiegħu l-istess servizz jindikalu li ma għandux dritt għal rimbors tal-ispejjeż skolastiċi taż-żewġ ulied tiegħu lil hinn mil-limitu massimu previst fl-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal peress li qiegħed isegwi taħriġ professjonali ġdid;
—
skont il-każ, ir-risposta taċ-ċaħda espliċita tal-ilment tiegħu tas-16 ta’ Mejju 2017;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità peress li l-karta ta’ kalkolu tal-10 ta’ Novembru 2016 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni individwali kkontestata”), kif ukoll in-nota tal-15 ta’ April 2016 u n-nota tat-22 ta’ Settembru 2016 li hija bbażata fuqhom u l-Guidelines jiksru r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) u l-Anness X tiegħu.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità peress li l-imsemmija noti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni individwali kkontestata jiksru l-Guidelines.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni individwali kkontestata u jinvoka l-ilmenti segwenti:
—
ksur tal-prinċipji ta’ prevedibbiltà, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-drittijiet kweżiti tagħhom;
—
ksur tad-dritt għal familja u tad-dritt għall-edukazzjoni;
—
ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni;
—
nuqqas ta’ bbilanċjar tal-interessi u ta’ rispett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-miżura adottata.