2.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 330/13
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2017 – García Suárez et vs Il-Kummissjoni u BUR
(Kawża T-483/17)
(2017/C 330/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: María de la Soledad García Suárez (Madrid, Spanja), María del Carmen Chueca García (Madrid), Sol María Chueca García (Madrid), Alejandro María Chueca García (Madrid), José María Chueca García (Madrid) u Ignacio María Chueca García (Madrid) (rappreżentant: A. Rivas Rodríguez, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08), dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità Banco Popular Español S.A., u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español S.A.;
—
tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw id-danni li jirriżultaw mit-telf fil-valur li sofrew l-azzjonijiet tal-Banco Popular Español S.A. miżmuma mir-rikorrenti, filwaqt li tieħu bħala riferiment għall-kumpens id-differenza bejn il-valur tal-azzjonijiet fis-6 ta’ Ġunju 2017, jiġifieri EUR 9 212,34, flimkien mal-interessi eventwali.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u BUR.