25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/20
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Foodterapia vs EUIPO – Cloetta Italia (DIETOX)
(Kawża T-486/17)
(2017/C 318/26)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foodterapia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Erdozain López u J. Galán López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “DIETOX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 072 798
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1611/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.