23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/19
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – UE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-487/17)
(2017/C 357/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad it-talbiet mressqa mir-rikorrenti fl-14 ta’ Ottubru 2013;
—
jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment magħmul mir-rikorrenti fil-5 ta’ Jannar 2017;
—
tagħti kumpens lir-rikorrenti għad-danni morali u materjali li sostniet minħabba nuqqas tal-konvenuta, evalwat għas-somma ta’ EUR 120 000 (danni morali), flimkien ma’ EUR 780 000 (lucrum cessans), kif ukoll EUR 576 000 (telf ta’ pensjoni ta’ rtirar).
—
tikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-iżvolġiment u r-riżultat tal-investigazzjoni dwar l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju, evalwat għas-somma ta’ EUR 50 000;
—
tirrimborsa l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħħa, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-ksur tad-dritt għal smigħ u tal-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, żbalji fattwali u ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.