18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/40
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Ghost – Corporate Management vs EUIPO (Dry Zone)
(Kawża T-488/17)
(2017/C 309/53)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ghost – Corporate Management S.A. (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: S. de Barros Araújo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali “Dry zone” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 498 322
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 0683/2017-2
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors u konsegwentement tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-5 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata b’deċiżjoni oħra li tikkunsidra li ġie ppreżentat fit-terminu previst ir-rikors Nru R 683/2017-2, MUE Nru 015498322 Dry Zone, bit-tkomplija konsegwenti fuq l-iżvolġiment tal-proċedimenti;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009, L 78, p. 1) u tar-Regola 72(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU 2015, L 341, p. 21).
—
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali tar-rikorrenti, peress li ma ġietx ivverifikata l-eżistenza ta’ fatti li ma humiex taħt il-kontroll tar-rikorrenti jew li jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri, bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
—
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.