18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/40
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Windspiel Manufaktur vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ tapp ta’ flixkun)
(Kawża T-489/17)
(2017/C 309/54)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Windspiel Manufaktur GmbH (Daun, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Löffel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata:trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ tapp ta’ flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 024 987
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1374/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.