25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/24
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2017 – Sedes Holding vs EUIPO (gratis)
(Kawża T-495/17)
(2017/C 318/30)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Sedes Holding AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: K. Ongena u C. Du Jardin, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “gratis” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 950 637
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 507/2017-2
Talbiet
—
skont l-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tgħaqqad din il-kawża u r-rikors kontra d-deċiżjoni tal-EUIPO fil-Każ R 506/2017-2 minħabba konnessjoni għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura;
—
tiddikjara ammissibbli u fondat ir-rikors ifformulat fir-rikors promotur u, konsegwentement,
—
prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna lil-EUIPO li jniżżel fir-reġistru tat-trade marks l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRATIS Nru 15 950 637 għall-prodotti mitluba kollha f’din ir-reġistrazzjoni;
—
sussidjarjajament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna lill-EUIPO li jniżżel fir-reġistru tat-trade marks l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRATIS Nru 15 950 637 għal “prodotti ta’ fwejjaħ, prodotti kożmetiċi, fwieħa u deodoranti għall-użu personali”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.