27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/56
Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-499/17
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 330 tat-2 ta’ Ottubru 2017, p. 17 )
(2017/C 402/74)
L-avviż fil-ĠU fil-Kawża T-499/17, Esfera Capital Agencia de Valores vs Il-Kummissjoni u SRB għandha tinqara kif ġej:
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 — Global Sistematic Investment Sicav vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-499/17)
(2017/C 330/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Global Sistematic Investment Sicav, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Pastor Palomar, F. Arroyo Romero u N. Subuh Falero, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni Nru SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, indirizzata lill-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (fond ta’ ristrutturazzjoni ordnata tal-istituzzjonijiet bankarji) u li tapprova skema ta’ ristrutturazzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni tal-Banco Popular Español; u
—
b’mod konformi mal-Artikolu 340 TFUE, tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-SRB u tal-Kummissjoni Ewropea u tordna l-kumpens għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti, f’dan il-każ, tilmenta dwar abbuż ta’ poter.
Full & Egal Universal Law Academy