27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/57
Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-501/17
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 338 tad-9 ta’ Ottubru 2017 )
(2017/C 402/75)
L-avviż fil-ĠU fil-Kawża T-501/17, Mutualidad Complementaria de Previsión Social Renault España vs Il-Kummissjoni u SRB għandha tinqara kif ġej:
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 — Mutualidad Complementaria de Previsión Social Renault España vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-501/17)
(2017/C 338/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mutualidad Complementaria de Previsión Social Renault España (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Solana López, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A., li kien ġie lilha trażmess mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08) li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward Banco Popular Español bl-identifikazzjoni Nru 80H66LPTDLMOP28XF25;
—
sussidjarjament, u fin-nuqqas tal-annullament imsemmi hawn fuq, tannulla parzjalment dik id-deċiżjoni tal-SRB fil-parti li tirreferi għall-punti (b) u (c) tal-paragrafu 6.1 tal-Artikolu 6 ta’ din id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), dwar il-konverżjoni u t-tniżżil fil-valur sussegwenti tal-64 695 azzjoni privileġġjata (ikklassifikati bi żball bħala strumenti ta’ kapital addizzjonali tal-livell 1 tal-Banco Popular Español), meta kienu strumenti maħruġa minn POPULAR ESPAÑOL, S.A. (ISIN D00910702).
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy