6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/37
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2017 – Sánchez Valverde e Hijos vs SRB
(Kawża T-515/17)
(2017/C 374/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sánchez Valverde e Hijos, SA (Montcada Reixac, Spanja) (rappreżentant: E. Silva Pacheco, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla “ex tunc” ir-riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 sabiex b’hekk twassal għan-nullità tal-validità u tal-effetti tagħha;
—
tikkumpensaha fl-ammont ta’ ħames mija u tmint elef u ħames mitt euro u ħamsin ċenteżmu (EUR 508 500,50).
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.