27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/39
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2017 – Gestvalor 2040 et vs SRB
(Kawża T-520/17)
(2017/C 402/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gestvalor 2040, SL (Madrid, Spanja) u 596 rikkorent ieħor (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)
Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkunsidra bħala ppreżentat dan ir-rikors għall-annullament tad-“Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017, li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, S.A., bl-identifikazzjoni tal-personalità ġuridika: 80H66LPTVDLM0P28XF25, indirizzata lill-FROB (SRB/EES/2017/08)” u, wara t-twettiq tal-formalitajiet meħtieġa:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy