13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/46
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2017 – Hernández Díaz vs SRB
(Kawża T-521/17)
(2017/C 382/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Alberto Hernández Díaz (San Martin del Rey Aurelio, Spanja) (rappreżentant: L. Hernández Cabeza, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla l-ftehim ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular minħabba irregolaritajiet serji u irrimedjabbli li jikkawżaw in-nullità tal-ftehim, fuq il-bażi ta’ rapport maħruġ minn Deloitte li dan ma kienx indipendenti, peressi li l-azzjonisti sostnew telf ħafna ikbar minn dak li kien ikun sostnut fil-każ ta’ ftehim mal-kredituri u minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna.
—
tannulla l-bejgħ ta’ Banco Popular lill-bank xerrej għall-prezz ta’ EUR 1 minħabba nuqqas ta’ trasparenza fil-proċess ta’ bejgħ li jippreżumi ksur flagranti kemm tal-prinċipju ta’ trasparenza kif ukoll tal-prinċipju ta’ kompetizzjoni;
—
tikkundanna lill-SRB tikkumpensa lill-azzjonisti minħabba fl-esproprjazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom, li f’dan il-mument ma jistgħux jippreċiżaw il-valur mitlub għalihom minħabba nuqqas ta’ trasparenza fil-proċedura ta’ riżoluzzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy