6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/38
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-523/17)
(2017/C 374/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Eleveté Invest Group, S.L. (Madrid, Spanja) u 19-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Cremades Román, F. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn bid-data tas-7 ta’ Ġunju 2017;
—
tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jħallsu kumpens lir-rikorrenti għal responsabbiltà mhux kuntrattwali;
—
tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara l-kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tordna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jikkumpensaw lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.