23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/21
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Folch Torrela et vs SRB
(Kawża T-524/17)
(2017/C 357/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ángel Folch Torrela (Terrassa, Spanja) u tnejn u erbgħin rikorrent ieħor (rappreżentanti: V. Clavell Hernández, C. de Santiago Álvarez u J. Redondo Martín, avukati)
Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tikkonstata l-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-SRB bl-adozzjoni tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 li ġiet adottata fis-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni finanzjarja Banco Popular Español S.A.;
—
tannulla, konsegwentement, dan l-att, kif ukoll l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti li l-SRB ikun seta’ adotta, li kollha għandhom effetti ex tunc.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.