30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/20
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2017 – Waisman et vs SRB
(Kawża T-527/17)
(2017/C 369/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Alejandro Claudio Waisman (Buenos Aires, l-Arġentina) u 158 rikorrent ieħor (rappreżentanti: J. De Castro Martín, M. Azpitarte Sánchez u J. Ruiz de Villa Jubany, avukati)
Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni dwar Banco Popular Español (JUR/EES/2017/08) fuq il-bażi tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 263 TFUE;
—
tikkundanna lill-SRB, fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tħallas lir-rikorrenti mill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni stabbilit skont l-Artikolu 67 tar-Regolament 806/2014, kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tad-deċiżjoni dwar Banco Popular Español, danni li l-ammont tagħhom jikkoinċidi mal-valur tas-suq tal-istrumenti kapitali tal-istituzzjoni bankarja fil-ġurnata preċedenti (6 ta’ Ġunju 2017) għall-eżekuzzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni; sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tikkunsidrax it-talba preċedenti għal kumpens, titlob li l-SRB jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti kumpens għall-ammont tad-differenza, li ser jiġi stabbilit permezz tal-evalwazzjoni mill-persuna indipendenti prevista fl-Artikolu 20(16) tar-Regolament Nru 806/2014, bejn dak li rċevew ir-rikorrenti fil-ħlas tat-talbiet tagħhom bl-applikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni u dak li kienu jirċievu taħt proċedura ordinarja għall-insolvenza;
—
tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.