11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/37
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Ballesté Torralba et vs SRB
(Kawża T-528/17)
(2017/C 424/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: María Ballesté Torralba (Alcarrás, Spanja), David Lozano Jiménez (Alcarrás), María Carmen Estruch Martínez (Alcarrás) u Ramón Ribes Jové (Alcarrás) (rappreżentant: E. Silva Pacheco, avukat)
Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
—
tannulla “ex tunc” ir-riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 sabiex b’hekk twassal għan-nullità tal-validità u tal-effetti tagħha;
—
tikkumpensa lir-rikorrenti 1 fl-ammont ta’ EUR 37 877, lir-rikorrenti 2 fl-ammont ta’ EUR 11 000 u lil Doña María Ballesté Torralba fl-ammont ta’ EUR 1 309,14.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy