30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/21
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Blasi Gómez et vs SRB
(Kawża T-529/17)
(2017/C 369/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Carlos Blasi Gómez (Tarragona, Spanja), María Dolores Cruells Torelló (Sabadell, Spanja), Asociación Independiente de Afectados por el Popular (AIAP) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Pineda Cuadrado, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017;
—
sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tiddikjara l-annullament parzjali tal-att, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-entità, billi l-Qorti Ġenerali twettaq jew tordna li titwettaq evalwazzjoni ġusta, reali u ekwa ta’ Banco Popular Español li tinkludi kumpens bl-istess mod għall-azzjonisti u għall-kredituri kollha konformi mal-bażi tal-evalwazzjoni l-ġdida;
—
sussidjarjament, fil-każ li l-ebda waħda mit-talbiet preċedenti ma tintlaqa’, tiddikjara l-annullament parzjali tal-att, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-entità, billi l-Qorti Ġenerali twettaq jew tordna li titwettaq evalwazzjoni ġusta, reali u ekwa ta’ Banco Popular Español li tinkludi kumpens bl-istess mod għall-partijiet rappreżentati minni, bħall-azzjonisti u l-kredituri, konformi mal-bażi tal-evalwazzjoni l-ġdida;
—
tikkundanna espressament lill-istituzzjoni li l-att tagħha qiegħed jiġi kkontestat għall-ispejjeż sostnuti.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.