30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/21
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – López Campo et vs SRB
(Kawża T-530/17)
(2017/C 369/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mario López Campo (Pontevedra, Spanja) u 8 rikorrenti oħra, (rappreżentant: F. Cabadas García, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni adottata fis-7 ta’ Ġunju 2017, li tistabbilixxi r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A. mis-7 ta’ Ġunju 2017, u tikkonstata li huwa d-dmir ta’ dak il-Bord li jindennizza lil dawk li kollha li jressqu talba skont l-ammonti stabbiliti fit-talba;
—
sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni adottata fis-7 ta’ Ġunju 2017, li tistabbilixxi r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A. mis-7 ta’ Ġunju 2017, u tikkonstata li huwa d-dmir ta’ dak il-Bord li jindennizza lil dawk li kollha li jressqu talba skont l-ammonti li jirriżultaw mill-multiplikazzjoni tan-numru ta’ azzjonijiet ta’ din bl-aħħar prezz ikkwotat fil-borża qabel id-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 – .
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08), li jadotta r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A..
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.