30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/22
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Promociones Santa Rosa vs SRB
(Kawża T-531/17)
(2017/C 369/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Promociones Santa Rosa, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: L. Carrión Matamoros, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju (verżjoni mhux kunfidenzjali) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li jadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, S.A., għall-ksur tal-Artikoli 7, 18(1) u 20 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, kif ukoll għal alterazzjoni artifiċjali tal-kawżi immedjati li wasslu għar-riżoluzzjoni tal-entità.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.