16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/40
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – De Loecker vs SEAE
(Kawża T-537/17)
(2017/C 347/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. N. Louis u N. De Montigny, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
—
tiddikjara u tiddeċiedi,
—
id-deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2016 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba għal assistenza skont l-Artikolu 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea messqa minn S. De Loecker hija annullata;
—
is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu morali sostnut, is-somma ta’ EUR 250 000;
—
is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-konvenut, billi adotta d-deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2016 li biha huwa ċaħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), injora l-motivazzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2015, De Loecker vs SEAE (F-34/15, EU:F:2015:153). Ir-rikorrent iqis ukoll li l-konvenut injora l-proċedura implementata mill-Uffiċċju ta’ Investigazzjoni u Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC) wara s-sentenza tal-14 ta’ Frar 2017, Kerstens vs Il-Kummissjoni (T-270/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2017:74).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod iktar partikolari, ksur tad-dritt għal smigħ u ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.