30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/23
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-539/17)
(2017/C 369/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Talbiet
—
għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-UE skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Al Thawra Loan Agreement Al Thawra Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:
—
EUR 404 792,06, GBP 954 331,07, JPY 29 130 433,00, u USD 1 498 184,58, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali speċifikata fl-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;
—
it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti.
—
Sussidjarament għall-ordni hawn fuq imsemmija, u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Bank skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Al Thawra Loan Agreement li jinkludu:
—
EUR 404 792,06, GBP 954 331,07, JPY 29 130 433,00, u USD 1 498 184,58, l-ammont dovut lill-Bank fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali speċifikata fl-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;
—
it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
—
Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill-Bank, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:
—
il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;
—
interessi moratorji kuntrattwali, dovuti bir-rata annwali speċifikata fl-Artikolu 3.02, mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv magħmul mis-Sirja.
—
Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Al Thawra Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Al Thawra Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Al Thawra Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Al Thawra Loan Agreement.