30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/28
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-543/17)
(2017/C 369/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Talbiet tar-Rikorrent
—
għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-UE skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:
—
EUR 62 646 209,04 u USD 3 582 381,15, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) (bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet kollha f’USD, rata ugwali għar-rata LIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) tapplika) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;
—
it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
—
Sussidjarament għal (i), u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill- Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement li jinkludu:
—
EUR 62 646 209,04 u USD 3 582 381,15, l-ammont dovut lill-Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) (bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet kollha f’USD, rata ugwali għar-rata LIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) tapplika) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;
—
it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
—
Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill- Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:
—
il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) (bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet kollha f’USD, rata ugwali għar-rata LIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) tapplika) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sad-data tal-pagament effettiv mis-Sirja.
—
Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Syrian Healthcare Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement.