9.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 338/17
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – Haufe-Lexware vs EUIPO – Le Shi Holdings (Beijing) (Leshare)
(Kawża T-546/17)
(2017/C 338/19)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Haufe-Lexware GmbH & Co. KG (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Le Shi Holdings (Beijing) Ltd (Beijing, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Leshar” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 883 301
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Ġunju 2017, fil-Każ R 1691/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.