23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/23
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament
(Kawża T-550/17)
(2017/C 357/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Mylène Troszczynski 2017/2019(IMM);
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Mylène Troszczynski s-somma ta’ EUR 35 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Mylène Troszczynski s-somma ta’ EUR 5 000 bħala rimbors għall-ispejjeż li jistgħu jinġabru;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 266, iktar ’il quddiem il-“Protokoll”).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9 tal-Protokoll.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata.