30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/29
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Maña et vs SRB
(Kawża T-552/17)
(2017/C 369/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Maña, S.L. (Teo, Spanja) u 113 rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tikkunsidra ppreżentat rikors għal annullament kontra d-“deċiżjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A., persuna legali Nru 80H66LPTVDLM0P28XF25, indirizzata lill-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (Fondi ta’ ristrutturazzjoni ordnati tal-istabbilimenti bankarji, FROB) (SRB/EES/2017/08)”;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkonstata l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán u Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle et Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u T-498/17, Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.