27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/39
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Cambra Abaurrea vs Il-Parlament et
(Kawża T-553/17)
(2017/C 402/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Agustín Cambra Abaurrea (Marcilla, Spanja) (rappreżentant: A. Mayayo Martínez, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tikkunsidra li ġie ppreżentat fit-termini u l-forom stipulati r-rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, kontra l-implementazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, riżoluzzjoni ta’ implementazzjoni li kkawżat danni serji ħafna lill-patrimonju ta’ dawk li kienu l-azzjonisti leġittimi u d-detenturi leġittimi ta’ dejn mill-Banco Popular, u li tingħata sentenza fi żmien xieraq li tannulla r-riżoluzzjoni msemmija;
—
tiddikjara, fin-nuqqas ta’ dan, is-sospensjoni immedjata tal-implementazzjoni mwettqa mill-Bord ta’ Riżoluzzjoni Uniku u mill-FROB, peress li l-validità u d-dħul fis-seħħ tar-riżoluzzjoni tikkawża danni li huwa impossibbli jew diffiċli ħafna li tagħmel tajjeb għalihom f’dak li jirrigwarda l-patrimonju tal-azzjonisti tal-Banco Popular li tilfu l-istatus tagħhom.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy