11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/39
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – TW et vs SRB
(Kawża T-555/17)
(2017/C 424/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: TW, TY, UA u UB (rappreżentant: L. Chen Chen, avukat)
Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
—
tikkunsidra bħala ppreżentat dan ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni li tnaqqas it-total tal-kapital azzjonarju ta’ Banco Popular Español S.A., għal EUR 0 u li tapprova l-bejgħ sussegwenti tiegħu lil Banco de Santander S.A. għal EUR 1, u ladarba d-dokumentazzjoni kollha uffiċjalment disponibbli tkun ġiet eżaminata u r-raġunijiet mogħtija jiġu evalwati, tikkonstata n-nullità jew tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ippublikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-7 ta’ Ġunju 2017.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy