16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/43
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Staropilsen vs EUIPO – Pivovary Staropramen (STAROPILSEN; STAROPLZEN)
(Kawża T-556/17)
(2017/C 347/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Staropilsen s. r. o. (Pilsen, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: A. Kodrasová, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pivovary Staropramen s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “STAROPILSEN; STAROPLZEN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 034 893
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 236/2017-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 53(1)(a) u 81(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;