23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/24
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Liaño Reig et vs SRB
(Kawża T-557/17)
(2017/C 357/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Carmen Liaño Reig (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: F. López Antón, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla, fuq il-bażi tal-motivi 3.1 sa 3.4 ta’ dan ir-rikors, bħala inammissibbli u li tikser ir-Regolament u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-iskema ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fil-konverżjoni f’azzjonijiet ġodda ta’ Banco Popular Español, S.A. tal-kapital ta’ grad 2 dwar bonds subordinati maħruġa minn BPE Financiaciones, S.A bil-kodiċi ISIN XS0550098569 identifikati bħala punt 4 fl-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni;
—
tikkundanna lill-SRB, skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament, sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għat-telf sostnut insegwitu għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti, fil-każ li tintlaqa’ t-talba fformulata fil-paragrafu preċedenti, peress li, hekk kif ipprovdut fil-premessa 91 u fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 85 tad-Direttiva, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ awtorità tar-riżoluzzjoni ma taffettwax atti amministrattivi jew operazzjonijiet sussegwenti li huma bbażati fuq id-deċiżjoni annullata, skont id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Għal dan il-għan it-telf sostnut mir-rikorrenti huwa stabbilit għall-valur attwali fid-data tal-ħlas tal-ammont ta’ EUR 50 000 li jikkorrispondu għall-valur nominali tal-bond li tiskadi fit-22 ta’ Ottubru 2020 maħruġ minn BPE Financiaciones, S.A bil-kodiċi ISIN XS0550098569 li r-rikorrenti kienet detentriċi tagħha fid-data tad-Deċiżjoni, flimkien mal-valur attwali fid-data tal-ħlas tal-interessi bir-rata fissa ta’ 6,873 % fis-sena li dan il-bond ikun irrenda mis-7 ta’ Ġunju 2017 (id-data tad-deċiżjoni) sat-22 ta’ Ottubru 2020 (id-data ta’ skadenza ta’ dan il-bond);
—
sussidjarjament għat-talbiet li jinsabu fil-paragrafi preċedenti, u fuq il-bażi tal-motiv 3.5 ta’ dan ir-rikors, tikkundanna lill-SRB sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti b’ammont ekwivalenti għal dak li r-rikorrenti kienet tirċievi bħala detentriċi tal-bond bil-kodiċi ISIN XS0550098569 maħruġ minn BPE Financiaciones, S.A., li kieku fid-data tad-deċiżjoni l-kumpannija tqiegħdet fi stralċ wara proċedura ordinarja għall-insolvenza, meta jitqies li r-rikorrenti ma rċeviet l-ebda kumpens la bħala korrispettiv jew bħala riżultat ta’ konverżjoni ta’ azzjonijiet ġodda ta’ de Banco Popular Español, S.A. għall-bond li kienet detentriċi tiegħu u lanqas permezz tat-trasferiment ta’ dawn l-azzjonijiet lil Banco Santander, S.A.;
—
tistabbilixxi l-ammont ta’ EUR 50 000 bħala l-ammont li għandu jiġi riċevut bħala kumpens mir-rikorrenti, li jikkorrispondi għall-valur nominali ta’ dan il-bond maħruġ minn din il-kumpannija li tagħha kienet id-detentriċi, fil-każ li ma kinux issodisfatti (hekk kif mifhum minn din il-parti) minn BPE Financiaciones, S.A. ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi Spanjola sabiex tkun tista’ tibda proċedura ordinarja għall-insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija li tintemm bit-tqegħid fi stralċ fid-data tad-Deċiżjoni;
—
tistabbilixxi li l-ammont tal-kumpens jirriżulta mill-valur li għandu jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 16 sa 18 tal-Artikolu 20 tar-Regolament, fil-każ li kienu ssodisdatti minn BPE Financiaciones, S.A. ir-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi Spanjola sabiex tkun tista’ tibda proċedura ordinarja għall-insolvenza fir-rigward ta’ din il-kumpannija li tintemm bit-tqegħid fi stralċ fid-data tad-Deċiżjoni;
—
sussidjarjament għat-talbiet li jinsabu fil-paragrafi preċedenti, u fuq il-bażi tal-motiv 3.6 ta’ dan ir-rikors, tikkundanna lill-SRB sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti b’ammont proporzjonali għal dak li kien imissha li kieku kienu ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet fi Banco Popular Español, S.A. l-bonds kollha eżistenti maħruga minn Banco Popular Español, S.A fid-data tad-deċiżjoni u li ma kinux ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet ta’ din l-entità kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.