9.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 338/18
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Albea Services (ALBÉA)
(Kawża T-562/17)
(2017/C 338/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt Verwaltungs-GmbH (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Albea Services (Gennevilliers, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea dwar trade mark verbali figurattiva li tinkludi l-element verbali “ALBÉA)” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 201 553 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1870/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Mejju 2017 (Nru R 1870/2016-1) u, permezz ta’ korrezzjoni, tħassar it-trade mark tar-rikorrenti;
sussidjarjament
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Mejju 2017 (Nru R 1870/2016-1) u, tibgħat lura l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni;
sussidjarjament
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Mejju 2017 (Nru R 1870/2016-1)
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.