9.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 338/19
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Tong Myong vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-564/17)
(2017/C 338/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tong Myong (Pjongjang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, QC, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/993, tat-12 ta’ Ġunju 2017, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2017, L 149. p. 67) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/994, tat-12 ta’ Ġunju 2017, li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2017, L 149, p. 75), sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrent fil-lista ta’ entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti jew adegwata min-naħa tal-konvenuti fir-rigward tal-inklużjoni tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-konvenuti billi kkunsidraw li kull wieħed mill-kriterji għal inklużjoni fil-miżuri kkontestati ġew issodisfatti fil-każ tar-rikorrent; ma hemmx bażi fattwali għall-inklużjoni tagħhom.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-konvenuti billi pprovaw irendu mingħajr effett id-dritt tar-rikorrent għal rimedju effettiv fir-rigward tal-inklużjoni tiegħu skont l-Artikolu 230 TFUE u/jew billi kisru d-dritt tar-rikorrent għal ugwaljanza fit-trattament.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent min-naħa tal-konvenuti billi naqsu milli jipprovdulu l-provi li fuqhom ibbażaw lilhom infushom qabel ma inkludew mill-ġdid lir-rikorrent.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data min-naħa tal-konvenuti.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-konvenuti, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjoni, tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt għal protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tiegħu.