16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/45
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – CheapFlights International vs EUIPO – Momondo Group (Cheapflights)
(Kawża T-565/17)
(2017/C 347/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Speenoge, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Momondo Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Cheapflights” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 3 485 349
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell imkabbar tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1893/2011-G
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Momondo Group Limited, jekk tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 64(6) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96;
—
Id-deċiżjoni kkontestata hija mimlija b’dikjarazzjonijiet li jpoġġu f’dubju jew jinnegaw direttament il-validità tat-trade mark tar-rikorrenti. Id-deċiżjoni kkontestata hija ta’ detriment għall-interessi tar-rikorrenti inkwantu proprjetarja ta’ trade marks irreġistrati b’mod validu li lanqas biss ma huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-konvenut.