6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/39
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Molina García vs SRB
(Kawża T-566/17)
(2017/C 374/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Jerónimo Molina García (Puente Genil, Spanja) (rappreżentant: A. Velasco Albalá, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla r-riżoluzzjoni kkontestata.
—
tassumi l-konsegwenzi tat-teħid b’mod inkorrett tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ trasparenza, jew minħabba n-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri preventivi preċedenti li kienu jżommu lill-azzjonisti milli jitilfu s-sehem tagħhom mill-kapital permezz ta’ tniżżil fil-valur tiegħu stess. U, konsegwentement, tikkumpensa lir-rikorrent, fl-ammont mitluf minħabba f’implemetazzjoni u riżoluzzjoni inkorretta, għall-ammont ta’ EUR 7 805,29.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.