16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/46
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Disney Enterprises vs EUIPO – Di Molfetta (DiSNEY FROZEN)
(Kawża T-567/17)
(2017/C 347/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Disney Enterprises, Inc. (Burbank, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabio Di Molfetta (Bisceglie, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “DiSNEY FROZEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 830 965
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2342/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.