9.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 338/19
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Korea National Insurance Corporation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-568/17)
(2017/C 338/22)
Lingwa tal-kawża: l–Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Korea National Insurance Corporation (Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, QC, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/993, tat-12 ta’ Ġunju 2017, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2017, L 149, p. 67), id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/994, tat-12 ta’ Ġunju 2017, li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2017, L 149, p. 75), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459, tal-10 ta’ Awwissu 2017, li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU 2017, L 208, p. 38), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457, tal-10 ta’ Awwissu 2017, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU 2017, L 208, p. 33), sa fejn dawk l-atti jinkludu r-rikorrenti fil-lista ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi.
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti naqqsu milli jagħtu raġunijiet adegwati jew suffiċjenti biex jinkludu r-rikorrenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti wettqu żball manifest meta kkunsidraw li xi wieħed mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkontestati kienu sodisfatti fil-każ tar-rikorrenti; ma hemmx bażi fattwali għall-inklużjoni tagħhom.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti naqqsu milli jagħtu lir-rikorrenti l-evidenza allegatament insostenn tad-deċiżjoni tagħhom li jelenkaw ir-rikorrenti mill-ġdid qabel ma kienet elenkata, jew insostenn tal-implementazzjoni tal-UE tal-elenkar tan-NU, bi vjolazzjoni tad-drittijiet għad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti naqqsu milli iwettqu l-obbligi tagħhom meta ddeċidew li jelenkaw ir-rikorrenti wara n-nomina tagħha tan-NU.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti għamlu użu ħażin tas-setgħat tagħhom billi ppruvaw jrendu ineffettiv u b’hekk jevadu d-dritt tar-rikorrenti għal-rimedju effettiv relatat mal-elenkar tagħha skont l-Artikolu 230 TFUE u/jew kisru d-dritt tar-rikorrenti għall-ugwaljanza fit-trattament.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti kisru l-liġi tal-protezzjoni tad-data.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuti kisru, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għal protezzjoni tal-proprjetà tagħha, in-negozju tagħha u r-reputazzjoni tagħha.