30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/31
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – UC vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża T-572/17)
(2017/C 369/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: UC (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat
konsegwentement,
—
tannulla r-rapport ta’ żvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-2015, kif ukoll id-deċiżjoni li ma jingħatawlux żewġ punti ta’ mertu għall-istess sena;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-9 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-13 ta’ Jannar 2017;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati ex aequo et bono għal EUR 9 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat, minn naħa, fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-Artikolu 41 tal-Karta.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.