30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/32
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2017 – UD vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-574/17)
(2017/C 369/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: UD (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
id-deċiżjoni tat-2 ta’ Novembru 2016 li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat l-awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi marbuta mal-kura medika tar-rikorrenti, hija annullata;
—
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizja r-raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq l-allegata assenza ta’ validità xjentifika tal-kura kkontestata.