9.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 338/20
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2017 – A & O Hotel and Hostel Friedrichshain vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-578/17)
(2017/C 338/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: A & O Hotel and Hostel Friedrichshain GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Heise u M. Lindner, Rechtsanwälte)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3220 finali, tad-29 ta’ Mejju 2017, rigward il-miżuri ta’ għajnuna mhux fiskali li l-Ġermanja implementat favur il-Jugendherberge Berlin Ostkreuz gGmbH (et) SA.43145 (2016/FC) (ĠU 2017, C 193, S. 1); kif ukoll
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Ksur ta’ regoli formali u proċedurali skont l-Artikolu 108(2) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4(4) u mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1) kif ukoll skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.
—
Il-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, sa fejn hija adottat id-deċiżjoni kontenzjuża wara eżami preliminari, minkejja li kienet obbligata tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti tirreferi għall-fatt li, li kieku l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-informazzjoni u tad-data disponibbli konformement mal-obbligi tagħha, hija kellu jkollha dubji rigward il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna mhux fiskali implementati b’mod illegali mill-Ġermanja favur il-Jugendherberge Berlin Ostkreuz gGmbH (et).
—
Sa fejn il-Kummissjoni naqset milli teżamina din l-informazzjoni u data fid-deċiżjoni kontenzjuża, li jqiegħdu f’dubju l-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna, u sa fejn naqset milli teżaminanahom suffiċjentement, jew eżaminat parti sostanzjali minnhom b’mod żbaljat, ir-rikorrenti tilmenta wkoll li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).