6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/41
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2017 – Bashab et vs Il-Kunsill
(Kawża T-582/17)
(2017/C 374/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentanti: P. Chansay-Wilmotte, A. Kalambay Ndaya u P. Okito Omole, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-invalidità tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, jiġifieri,
—
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/904, tad-29 ta’ Mejju 2017, li jimplimenta l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li, skont il-Kunsill, aġixxew bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo;
—
id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905, tad-29 ta’ Mejju 2017, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, motiv uniku, ibbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati huma motivati b’mod vag u sinjifikattivament ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill fil-konfront tagħhom huma infondati kemm fil-fatt u anki fid-dritt. Barra minn hekk, il-Kunsill wettaq diversi irregolaritajiet li kull waħda minnhom hija ta’ natura li tkun ta’ bażi għall-annullament tal-atti kkontestati.