6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/42
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Primart vs EUIPO – Bolton Cile España (PRIMART Marek Łukasiewicz)
(Kawża T-584/17)
(2017/C 374/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz (Wołomin, il-Polonja) (rappreżentant: J. Skołuda, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolton Cile España, SA (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali u figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri aħmar, abjad u blu skur, li tinkludi l-elementi verbali “Primart Marek Łukasiewicz” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 682 299
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1933/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.