30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/33
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-589/17)
(2017/C 369/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Talbiet
—
għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lilu skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement, li jinkludu:
—
EUR 820 451,35, l-ammont dovut lilu fil-25 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sal-25 ta’ Awwissu 2017);
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;
—
l-ispejjeż kollha applikabbli, imposti u spejjeż li jirriżultaw mill-konklużjoni u l-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ self, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti.
—
Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lilu għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:
—
il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja.
—
Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont l-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l- Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement.