30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/34
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja
(Kawża T-590/17)
(2017/C 369/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)
Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana
Talbiet
—
għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lilu skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement, li jinkludu:
—
EUR 726 942,81, l-ammont dovut lilu fil-25 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sal-25 ta’ Awwissu 2017);
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;
—
it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u drittijiet professjonali dovuti mid-data dovuta sad-data tal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
—
Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lilu għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, inklużi:
—
il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;
—
interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja.
—
Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Water Supply Sweida Region Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal- Water Supply Sweida Region Loan Agreement.