Kawża T-597/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Poza Poza vs SRB
C4122017MT3310120170828MT0048331342
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Poza Poza vs SRB
(Kawża T-597/17)2017/C 412/48Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Máximo Poza Poza
(Murcia, Spanja) (rappreżentant: P. Poza Cisneros, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tikkunsidra ammissibbli r-rikors għall-annullament kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li tikkonfiska l-azzjonijiet tal-Banco Popular u tiddeċiedi li tannulla r-riżoluzzjoni u, konsegwentement, li l-azzjonijiet u l-istrumenti kapitali l-oħra tal-Popular jingħataw lura lill-klijent tiegħi u, sussidjarjament, tikkumpensa lir-rikorrent għal ammont ekwivalenti għall-valur nett tal-assi tal-Popular fit-22 ta’ Mejju 2017, ikkwantifikati fi EUR 2675424.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy