13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/48
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Remolcadores Nosa Terra et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-600/17)
(2017/C 382/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Remolcadores Nosa Terra, SA (Vigo, Spanja), Grupo Nosa Terra 2000, SLU (Vigo), Hospital Povisa, SA (Vigo) u Industrias Lácteas Asturianas, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Otero Novas, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
tannulla l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni preċedenti tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tal-istess data, li tistabbilixxi l-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, ftehim li ġie implementat fi Spanja mill-FROB, li jispeċifika ħlas ta’ żero euro għad-drittijiet tar-rikorrenti f’Banco Popular.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy