6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/43
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2017 – Rubik’s Brand vs EUIPO – Simba Toys (forma ta’ kubu)
(Kawża T-601/17)
(2017/C 374/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rubik’s Brand Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Szamosi u M. Borbás, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni tridimensjonali (Forma ta’ kubu) – Trade mark tal-Unjoni Nru 162 784
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 452/2017-1
Talbiet tar-Rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Simba Toys GmbH & Co. KG għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-appell u dawk tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.