30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/35
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – Thun vs EUIPO (Figorin ta’ ħuta)
(Kawża T-604/17)
(2017/C 369/49)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentant: B. Giordano, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju – (Figorin ta’ ħuta) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 336 805-0059
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1680/2016-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ t-talba ta’ restitutio in integrum;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.