6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/44
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2017 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-605/17)
(2017/C 374/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
konsegwentement,
—
tannulla n-“nota ta’ debitu”, ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala deċiżjoni li tikkawża preġudizzju (“it-tieni deċiżjoni kkontestata”), tat-22 ta’ Diċembru 2016 (Anness A.1), bin-numra ta’ riferiment Arest(2016)7145655, sa fejn timponi fuq ir-rikorrent il-ħlas lura tas-“salarji mħallsa fl-2015 u fl-2016”;
—
tannulla l-“ittra ta’ informazzjoni minn qabel” (“l-ewwel deċiżjoni kkontestata”), tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Anness A.2), bir-riferiment Ares(2016)6178919, li jallega li huma l-bażi legali;
—
tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 (Anness A.5), bin-numru ta’ riferiment Arest(2017)2620957, innotifikata fl-istess jum (Anness A.6), li biha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrent, li kien ressaq fis-27 ta’ Jannar 2017, bin-numru ta’ riferiment R/59/17 (Anness A.4), kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq difett formali u difett proċedurali, kif ukoll fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) ibbażat id-deċiżjonijiet kkontestati fuq bażi legali żbaljata, li jiġġustifika l-annullment tagħhom.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-inapplikabbiltà manifesta f’dan il-każ tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, li fuqhom l-Awtorità tal-Ħatra ibbażat. Skont ir-rikorrent, l-irkupru ral-ammonti mħallsa indebitament ikun suġġett għal żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, li l-ewwel waħda tikkonsisti fl-irregolarità tal-ħlas li l-amministrazzjoni tfittex li tirkupra u t-tieni waħda f’li l-membru tal-persunal ikun jaf b’din l-irregolarità jew fil-konstatazzjoni li irregolarità inkwistjoni kienet tant evidenti li l-membru tal-persunal ma setax ma jkunx jaf biha, li ma huwiex evidenti f’dan il-każ.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli formali u proċedurali meta ttieħdet id-deċiżjoni li ma għandha l-ebda bażi legali sa fejn hija ssostni a posteriori li l-att li jiġġustifikah jew huwiex jew ma għadux iktar att li jikkawża preġudizzju.