11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/40
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2017 – La Guirigaña et vs BĊE u SRB
(Kawża T-613/17)
(2017/C 424/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: La Guirigaña, S.L. (Madrid, Spanja) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentant: J. Díaz-Patón Porras, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata l-preżentata tat-talba tagħha għar-responsabbiltà patrimonjali tal-Unjoni Ewropea għal atti u ommissjonijiet attribwibbli lill-Bank Ċentrali Ewropew u tikkonstata, b’mod kumulattiv, il-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, wara l-proċeduri legali xierqa, tagħti s-sentenza li fiha:
—
tiddikjara r-responsabbiltà patrimonjali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tar-rikorrenti;
—
tirrevoka d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017, sabiex din tkun mingħajr effett;
—
sussidjarjament, fil-każ li t-talbiet preċedenti ma jkunux milqugħa, tikkumpensa lir-rikorrenti mill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy