15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/19
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Activa Minoristas del Popular vs BĊE u SRB
(Kawża T-618/17)
(2018/C 013/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Activa Minoristas del Popular. Asociación para la tutela de los inversores minoristas afectados por la resolución, supervisión y gestión del Banco Popular (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Arredondo Diaz, avukat)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors għal annullament;
—
tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt ta’ aċċess għall-fajl li jikkonċerna r-riżoluzzjonijiet ikkontestati;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord Unika ta’ Riżoluzzjoni u tiddikjaraha nulla u bla effett mid-data tal-adozzjoni tagħha, u sussidjarjament, fil-każ li l-annullament tagħha jkun impossibbli, tiddikjara li hemm dritt għal kumpens għal danni kkawżati bħala riżultat ta’ din;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti sad-deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy